Ħafna jistaqsu għaliex kull erba’ snin ix-xahar ta’ Frar ikollu 29 jum u mhux 28, u għaliex kull erba’ snin ikollna il-famuża Sena Bisestili – bl-Ingliż magħrufa bħala Leap Year.
Is-sit elettroniku tal-Google qed ifakkar is-Sena Bisestili permezz ta’ Doodle animata. Iżda meta wieħed jidħol fl-istorja ta’ kif oriġinat is-Sena Biżestili, jirriżulta li hemm fatti interessanti:
1) Sena Biżestili hija riżultat tal-fatt illi d-Dinja ddum iddur madwar ix-xemx mhux 365.2422 ġurnata u mhux 365 eżatt.
2) Kien l-Imperatur Ċesare Awgustu li oriġinarjament naqqas jumejn minn Frar biex żiedhom max-xahar tiegħu – Awwissu. B’hekk Awwissu ġie b’31 jum u Frar ġie bi 28. B’hekk Awwissu ġie twil daqs Lulju, ix-xahar ta’ Ġulju Ċesare.
3) Teknikament, Sena Bisestili ma tiġix kull erba’ snin.
4) Kien l-astronomu Sosigenes illi daħħal il-jum ta’ Frar 29 sabiex jagħmel tajjeb għall-minuti żejda li d-dinja tieħu kull sena biex tagħmel dawra sħiħa madwar ix-xemx.
5) Dan il-kalkolu xorta mhux perfett. Kull 400 sena, qed nitilfu 3 ijiem li mhux jiġu kalkulati.
6) Fil-verita’, dan ifisser li fi żmien 10,000 sena oħra irridu nerġgħu nanalizzaw il-mod kif nikkalkulaw il-ġranet u s-snin.
7) Fir-Renju Unit, id-29 ta’ Frar mhix vaganza. Iżda iva, hemm kampanja biex dan il-jum isir Bank Holiday.
8) Iċ-ċans li titwieled fid-29 ta’ Frar huwa wieħed minn kull 1,461.
9) Fid-dinja hawn madwar 4 miljun persuna li twieldu bħal-lum.
10) Il-Papa Pawlu III u r-rapper Ja Rule huma fost dawk li twieldu f’dan il-jum partikolari.
11) Skont tradizzjoni antika, bħal-lum mara tista’ tipproponi lill-għarus tagħha għaż-żwieġ.
//= $special ?>