Internazzjonali

Inkwiet tul il-fruntiera bejn il-Greċja u l-Maċedonja

Kien hemm inċidenti serji tul il-fruntiera bejn il-Greċja u l-Maċedonja hekk kif xi immigranti mblukkati fuq in-naħa Griega taw is-salt għar-reċint li jaqsam iż-żewġ pajjiżi.
Dan hekk kif tul dawn l-aħħar ġimgħat inġabru ammont ta’ immigranti f’Idomeni wara li l-Maċedonja imponiet restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ nies li qed tħalli jaqsmu l-fruntiera. F’ħin minnhom matul il-ġurnata tat-Tnejn, grupp ta’ immigranti użaw arblu tad-dawl biex faqgħu r-reċint, bil-Pulizija fuq in-naħa tal-Maċedonja twieġeb bl-isparar tal-gass tad-dmugħ biex tipprova tikkontrolla s-sitwazzjoni.
B’kollox hu stmat li hemm mas-7,000 persuna mblukkati fuq in-naħa Griega tal-fruntiera jistennew biex jibdew il-vjaġġ li jeħodhom lejn pajjiżi aktar sinjuri tal-Unjoni Ewropea.
Hu stmat li tal-anqas 30 persuna kellhom bżonn għajnuna medika wara l-inċidenti tal-bieraħ, fil-parti l-kbira minħabba l-effetti tal-gass tad-dmugħ.
Il-Maċedonja flimkien ma’ pajjiżi oħrajn tar-reġjun issa bdiet tħalli biss lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerer fis-Sirja u l-Iraq biex jgħaddu. Imma minkejja dan, nies minn pajjiżi oħra xorta qed ikomplu jidħlu fil-Greċja bit-tama li jmorru lejn pajjiżi oħrajn tal-UE, bil-Ġermanja tkun fil-quċċata tal-lista.
L