Lokali

Ir-raġel li miet eżatt wara l-maratona ta’ Malta : “kien għadu kif iċċajta dwar il-maratona tas-sena ddieħla”

L-atleta li lbieraħ tilef ħajtu wara li ħassu ħażin ftit metri biss bogħod mit-tmiem tal-Maratona ta’ Malta kien esperjenzat fil-ġiri tant li kien jifforma parti minn grupp bl-isem ta’ ‘Michelle’s Running Group’.

F’messaġġ fuq Facebook, martu Nicola esprimiet id-diżappunt tagħha għal din it-traġedja li laqtet il-familja b’żewġ tfal żgħar.

“Kien iħobb jiġri, u kien iħobbkom kollha,” kitbet Nicola f’Michelle’s Running Group fuq Facebook. Kompliet li “waħda mill-aħħar kelmiet li għidna lil xulxin kienet “ix-xewqa tiegħu li s-sena d-dieħla niġru l-maratona flimkien bħala grupp.”

Mike Freeman kien ukoll membru tal-istaff ta’ Notley Green Primary School ta’ Braintree.

ragel maratona