Sid ta’ kumpanija qed jappella għall-informazzjoni dwar żagħżugħ li sab basket b’Netbook li ntesa’ minn ħaddiem tiegħu fi stabbiliment ewlieni fil-Mosta.
Sid in-Notebook spjega li fih dokumenti li għal min ħadu mhux neċessarjament ikunu ta’ importanza iżda huma sensittivi u jinkludu informazzjoni importanti marbuta max-xogħol tal-kumpanija.
Il-każ seħħ iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-15:00, u dwaru sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija fil-Mosta.
//= $special ?>