Raġel instab mejjet fir-residenza fejn kien qed jgħix waħdu, b’partijiet mill-katavru mittiekla aktarx mill-kelba tiegħu stess.
Aktarx li r-raġel miet madwar tmien ġimgħat ilu. Minħabba li dan ir-raġel ta’ 71 sena kien jgħix waħdu u kuntatt ma qraba ma kellux, ħadd ma induna bin-nuqqas tiegħu. Hu instab mejjet fid-dar tiegħu fi Sqaq l-Arji f’Ħaż-Żabbar
Hekk kif waslu s-suspetti min sid il-post, il-Pulizija flimkien mal-uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali sgassaw il-bieb ta’ barra u sabu lill-kelba waħedha. L-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali mal-ewwel ħadu ħsieb il-kelba, hekk kif sabuha bil-ġuħ u bil-għatx.
Jidher li l-aħħar li deher ir-raġel kien madawr xahrejn ilu.
Ritratt: Arkivji