Kultura

L-Artist, film qasir ieħor fuq NET Television

Jaslu Malta,Żewġ Ġappuniżi, biex jistudjaw l- Ingliż. Iż-żgħażagħ huma wkoll koppja, li l-ħsieb tagħhom wassal biex waqt li jkunu hawn Malta għal fuq studju tal-lingwa Ingliża, huma japprofittaw rwieħhom biex igawdu lil xulxin ġewwa dan il-pajjiż li għal ħafna isibuh bħala pajjiż romantiku! Iżda l-problemi tagħhom, jibdew hekk kif jaslu Malta, għax il-koppja, jaqalhom il-booking tal-hostel li huma kienu krew. Minn hemm tibda storja makabra u surreali li twassal għal koppja, biex jesperjenzaw, il-makabrita ta’ L-Artist. Dan hu l-film li din il-ġimgħa se jidher fuq NET Television il-Hamis li ġej fil-22.40.