Lokali

Godfrey Grima jitkellem dwar il-korruzzjoni fil-Panama

Fid-dawl tal-iskandlu ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri b’rabta ma kumpanija sigrieta fil-Panama

L-iskandlu li hu nvolut fih il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, li għandhom kumpanija sigrieta fil-Panama, ikompli jiddomina l-aħbarijiet. Waqt programm imexxi minn Jes Saliba fuq ir-Radju RTK, is-Sibt li għadda, l-Opinjonista Godfrey Grima, tkellem propju dwar dan l-iskandlu kbir li minn Gvern Laburista.

Godfrey Grima qal li Ministru, ikun minn fejn ikun, meta jkun marbut ma’ kumpanija fil-Panama bilfors se joħloq kontroversja. Kompla jispjega kif dan kollu jpoġġi lil Konrad Mizzi fuq id-difiża, filwaqt li staqsa għaliex il-Ministru Mizzi ma’ fetahx Trust f’Malta meta għandna leġislazzjoni li tippermetti dan.

L-Opinjonista Godfrey Grima fakkar kif din il-kontroversja hi daqqa oħra għall-Ministru Konrad Mizzi u l-Gvern ta’ Muscat. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Mizzi qed jibqa’ jippersisti li mhu jagħmel xejn ħażin wara li nqabad li għandu kumpanija fil-Panama, li hi magħrufa għas-segretezza u n-nuqqas ta’ trasparenza, b’mod partikolari f’pajjiż blacklisted.