Lokali

Tinqabad tqila fil-Ħabs ta’ Kordin

It-tieni wild ta’ Daniel Holmes u l-mara tiegħu tnissel fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

L-Ingliż ta’ 37 sena bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 10 snin ħabs wara li fl-2011 instab ħati mill-Qrati Maltin b’pussess ta’ droga.

F’intervista ma’ Channel 5, il-mara ta’ Holmes, Marzena, żvelat li nqabdet tqila waqt żjara li għamlet lil żewġha fil-Ħabs ta’ Kordin.

Fl-intervista, il-mara ta’ Holmes qalet li weħel għaxar snin u nofs ħabs u multa ta’ tlieta u għoxrin elf ewro wara li ammetta li kien qed ikabbar pjanti tal-kannabis. Hu kellu għadd ta’ pjanti li bejniethom tellgħu piż ta’ madwar kilo droga.

Hu mistenni li Holmes jiskonta s-sentenza tiegħu fl-2019.