Il-Pulizija f’Moska qed jippruvaw jistabilixxu r-raġuni x’wassal beix mara taqta’ ras tifla barra fil-kapitali Russa.
Il-mara kienet identifikata bħala Gyulchekhra Bobokulova ta’ 38 sena mill-Użbekistan u jidher li din kienet il-babysitter tal-vittma.
Hi kienet arrestata ħdejn id-dħul għall-metro ta’ Oktyabrskoye Pole fil-Majjistral ta’ Moska, hekk kif rapporti qalu bdiet tgħajjat “Allaħ l-Akbar” u jxejjer ir-ras
Il-Pulizija qalet li katavru ta’ tifla ta’ bejn it-tlieta u erba’ snin instab fil-fdalijiet ta’ appartament fil-qrib li kien ingħata n-nar. L-indikazzjonijiet huma li dawn huma tat-tifla li rasha kienet qed iġorr.
Skont rapporti fil-media Russa, il-Pulizija avviċinaw il-mara li kienet liebsa minn rasha sa saqajha bl-iswed u talbuha d-dokumenti ta’ identifikazzjoni. Hi fil-pront qabdet u minn borża ħarġet ras it-tifla u bdiet tgħid li se tisplodi lilha nfusha.
Ix-xena ħolqot paniku kbir fit-toroq ta’ madwar l-istazzjon u fil-pront intliet pulizija fosthom dawk ta’ kontra t-terroriżmu li għamlu tfitxija għall-bombi.
Skont rapporti hi qalet lill-Pulizija li għamlet dak li għamlet minħabba problemi li kellha mar-raġel imma għad m’hux ċar x’rabta seta’ kellha l-vittma. Jidher li omm it-tifla kellha tiddaħħal l-isptar minħabba x-xokk kbir li għandha mal-aħbar ta’ dak li ġara. Mal-baby sitter kien hemm tifla oħra imma din kienet marret mal-ġenituri filwaqt li otha ż-żgħira tħalliet magħha.
Xokk u misteru dwar il-qtil makabru ta’ Moska
