Lokali

Żvilupp fl-iskandlu tal-kumpaniji fil-Panama : Wara li nqabad, Konrad Mizzi jagħlaq il-kumpanija tiegħu

Fi żvilupp dwar l-iskandlu tal-kumpaniji fil-Panama, wara li nqabad, fi stqarrija llejla l-Ministru Konrad Mizzi ħabbar li ddeċieda li jagħlaq il-kumpanija tiegħu.

Fl-istqarrija l-Ministru Mizzi qal li la darba tgħaddi l-Audit tat-taxxa li talab hu stess lill-Kummissarju tat-Taxxi, se jkun qed jagħlaq il-kumpanija sigrieta fil-Panama li għandha l-isem ta’ Hearnville Inc madanakollu ser jinżamm it-trust fi New Zealand.

Minkejja li żamm il-kumpanija sigrieta, sakemm inkixef, fl-istqarrija Konrad Mizzi qal li hu kien korrett f’dak kollu li għamel u kien trasparenti f’dak li għamel… minkejja dan il-kumpanija fetahha fil-Panama pajjiż black listed mill-Unjoni Ewropea.