Il-Partit Nazzjonalista jemmen li dan hu mument politiku li fih il-poplu qed isemma’ leħnu dwar il-korruzzjoni fil-pajjiż. Hu għalhekk li l-poplu għandu jipparteċipa fil-Protesta Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni li l-Partit Nazzjonalista se jorganizza l-Ħadd li ġej waranofsinhar fil-Belt.
NETnews tkellem mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake wara li kien żvelat il-każ tal-kumpanija sigrieta tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Rosette Thake qalet li dan hu mument politiku importanti, fejn l-iskandlu tal-Ministru Mizzi qed jibgħat messaġġ negattiv fuq is-settur finanzjarju lokali. Hi appellat lill-poplu biex jingħaqad fil-Protesta Nazzjonali għax din hi mezz biex il-poplu jingħata vuċi.
//= $special ?>