Lokali

Filmat: Protesta Nazzjonali li se tkun vuċi tal-poplu

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li dan hu mument politiku li fih il-poplu qed isemma’ leħnu dwar il-korruzzjoni fil-pajjiż.

Hu għalhekk li l-poplu għandu jipparteċipa fil-Protesta Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni li l-Partit Nazzjonalista se jorganizza l-Ħadd li ġej waranofsinhar fil-Belt.

NETnews tkellem mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake wara li kien żvelat il-każ tal-kumpanija sigrieta tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Rosette Thake qalet li dan hu mument politiku importanti, fejn l-iskandlu tal-Ministru Mizzi qed jibgħat messaġġ negattiv fuq is-settur finanzjarju lokali. Hi ddeskriviet din il-Protesta Nazzjonali bħala mezz li jagħti vuċi lill-poplu.

Segwi l-kummenti tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake hawn taħt.