Il-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU bagħtu ittra konġunta lill-Ministru Helena
Dalli rigward il-pożizzjoni tat-Tribunal Industrijali. Dan fid-dawl tal-emendi li ressaq il-Gvern Laburista biex jemenda l-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.
F’din l-ittra huma elenkaw li matul il-laqgħa mal-Employment Relations Board (ERB) kienu diġa tressqu l-menti dwar punti mressqa min-naħa tal-Gvern u li ma kienx hemm qbil dwarhom. Dan minħabba li każijiet pendenti li hemm quddiem it-tribunal jistgħu jiġu dikjarati nulli fuq punti legali.
Għaldaqstant, fl-ittra iż-żewġ unions qed jesprimu d-diżappunt tagħhom għall-fatt li
d-diskussjoni tkompliet fil-Parlament u dan jista’ jagħti l-impressjoni li kien hemm xi qbil bejn il-partijiet.
Fi stqarrija intqal illi diversi għaqdiet fi ħdan l-ERB qegħdin jaqblu ma’ dan it-tibdil hekk kif propost mill-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU.
Għalhekk, kemm il-UĦM Voice of the Workers u s-CMTU qed jappellaw biex issir
laqgħa mal-Ministru Dalli mill-aktar fis biex isiru aktar diskussjonijiet dwar kif isiru l-ħatriet tac-Chairperson fuq it-Tribunal Industrijali qabel ma jiġu preżentati aktar emendi fil-Parlament.
Bħalissa t-Tribunal Industrijali jinsab wieqaf riżultat ta’ Kawża Kostituzzjonali li kienet fetħet il-GWU dwar il-kompożizzjoni tat-Tribunal, fejn qalet li t-Tribunal kif kien, kien imur kontra l-Kostituzzjoni.
//= $special ?>