Fid-dawl tal-iskandlu tal-kumpaniji sigrieta ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-Panama, il-Konsolat tal-Panama f’Malta ammetta li l-pajjiż qed jagħmel ħiltu biex jiġġieled l-evazjoni tat-taxxa.
Il-Panama hu magħruf bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li fih jistgħu jinfetħu kumpaniji sigrieti biex jinħaslu l-flus u jinħbew il-flus li jkunu inkisbu minn attivitajiet kriminali.
Fl-istqarrija, il-Konsolat tal-Panama f’Malta qal li fl-aħħar xhur implimenta xi liġijiet biex jipprevjeni l-ħasil tal-flus u li l-passi li ħa l-pajjiż ġew rikonoxxuti internazzjonalment.
Is-sena li għaddiet, l-Unjoni Ewropea poġġiet lill-Panama fil-lista s-sewda – jiġifieri l-pajjiż ġie blacklisted peress li jippermetti kumpaniji u individwi jevadu t-taxxa.
//= $special ?>