Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ħalliet Malta għal żjara uffiċjali fl-Ingilterra fejn se tagħti lecture fl-Università ta’ Warwick li tagħha hija Professur Onorarju.
Waqt din iż-żjara, il-President ser iżżur il-pazjenti Maltin u Għawdxin rikoverati fi tliet sptarijiet f’Oxford u Warwickshire, u se tagħmel żjara fl-HMP Parc Prison f’Wales.
Is-Sinjura Dolores Cristina ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Aġent President ta’ Malta.
//= $special ?>