Internazzjonali

Imħallef jammetti li kien żball li tifel ta’ 4 snin jintbagħat il-ħabs

Imħallef Eġizzjan ammetta li d-deċiżjoni li jibgħat tifel ta’ erba’ snin il-ħabs għal reati li suppost wettaq meta kien tarbija, kien “żball”.

Ahmed Mansour Karni instab ħati in absentia għall-qtil ta’ erba’ persuni, għall-attentat ta’ qtil ta’ tmien persuni, li vvandalizza propjetà, li tellef il-paċi u li hedded pulizija, bil-ġenituri jibqgħu mwerwra għall-verdett.

L-awtoritajiet qisu lit-tifel fost 115-il persuna li tressqu akkużati b’dawn ir-reati f’Jannar tal-2014, u li kollha ngħataw għomor il-ħabs. Id-differenza hi li t-tifel dakinhar kellu biss 18-il xahar, imma ismu sadattant kien fil-lista tal-akkużati.

L-avukati tat-tifel qalu li għall-bidu l-Qorti ma riditx tara ċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel imma wara appell imqanqal mill-missier fuq it-televixin nazzjonali, kien hemm bidla fil-pożizzjoni ħarxa tal-awtoritajiet.

Diversi ġurnali fil-Lvant Nofsani qalu li issa, kelliem militari ammetta l-iżball.