Veru li l-iskola hi inklussiva? L-edukaturi jifmuhom lill-istudenti? L-istudenti jħossuhom li qed jieħdu l-massimu mill-edukazzjoni?
Dawn il-mistoqsijiet, u oħrajn kienu trattati waqt djalogu li tratta t-titjieb fis-sistema edukattiva għat-tfal bejn Form 1 u Form 5 u li għandhom il-kundizzjoni tal-Awtizmu u d-dyslexia. Għal dan id-djalogu li kien organizzat fil-kulleġġ Santa Klara, f’Pembroke, ipparteċipaw anke l-ġenituri tal-istudenti.
Uħud mill-istudenti ma ddejqux jitkellmu dwar dak li mhux biss idejjaqhom fis-sistema edukattiva izda kif jaħsbu li l-affarijiet jistgħu jitjiebu.
Kien hemm min spjega li hemm bżonn li ċertu suġġetti verament jindirizzaw il-bżonnijiet tagħhom fejn jidħlu l-abiltajiet tagħhom ta’ komunikazzjoni.
Studenta partikolari semmiet wkoll kif hemm suġġetti obbligatirji li ssibhom diffiċli biex tifhem bħall-Matametika u l-Fiżika.
Aspetti oħra li semmew li jixtiequ li jitranġaw huma l-ħinijiet twal li jqattgħu l-iskola, basktijiet tqal minħabba l-kotba u l-bżonn ta’ aktar attenzjoni mill-għalliema sabiex jindirizzaw il-kundizzjoni tal-istess studenti.
Isemma anke kif bħala studenti jistennew li jingħataw aktar edukazzjoni dwar kif għandhom jieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna.
Tkellimna ma’ Valerie Brincat, omm li għandha tlett itfal bil-kundizzjoni tal-awtiżmu u li hi wkoll il-persuna responsabbli għar-relazzjonijiet pubbliċi tal-assoċjazzjoni tal-ġenituri tat-tfal bl-awtiżmu.
Valerie Brincat spjegat kif illum il-ġurnata hawn għarfien dwar il-kundizzjoni tal-awtiżmu u kundizzjonijiet oħra iżda xorta jibqa’ l-bżonn li jkun hawn aktar għarfien.
//= $special ?>

