Kelb, li sidu nqatel f’serqa armata, baqa’ jistennih barra d-dar għal ġimgħat sħaħ.
Hatem Abuharbid, ta’ 54 sena, inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta ħallelin daħlu f’ħanut tal-merċa fejn kien jaħdem fi Houston, f’Texas, fl-Istati Uniti.
Il-ġirien kienu jaraw lill-kelb tiegħu, tat-tip German Shepherd, jistenna quddiem il-bieb tad-dar. Għal ġranet sħaħ kien imur jiġri wara kull karozza li toqrob lejn id-dar, iħares ġewwa u malli jara li ma kienx hemm sidu fiha kien ikun jidher mifxul.
Il-kelb, li ma kellu ebda mod biex isir jaf x’sar minn sidu, ma kienx jersaq lejn il-bqija tar-residenti fil-blokk ta’ appartamenti li kienu jippruvaw jgħinuh. Kienu jħallulu ikel u ilma imma l-kelb ma kienx jersaq lejhom sakemm Maranda Perez ikkonviċietu jimxi magħha.
Il-mara qalet li se żżomm il-kelb għandha d-dar sakemm imur għalih ħu sidu.
//= $special ?>