Qorti

L-Avukat Ġenerali kkundannat iħallas kumpens fuq dewmien esaġerat ta’ kawża

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Joseph Zammit McKeon ordnat lill-Uffċċju tal-Avukat Ġenerali jħallas kumpens ta’ E5000 lil sitt persuni wara li każ fil-qorti dam għaddej iktar minn 20 sena. Filippa, Victoria, Joseph, Mario and Charles Seguna u Joan Mizzi ippreżentaw kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali u d-Direttur tal-Qorti wara li huma tilfu kawża li kienu bdew kontra missierhom u kienu ordnati jħallsu rifużjoni u interessi fuq 21 sena. Irriżulta li fl-1993 Joseph Gatt kien fittex lil Cramel Seguna għal rifużjoni fuq żiemel tat-tiġrija li kien xtara wara li sostna li dan ma kinx tal-kwalità kif stabbilit qabel sar il-bejgħ.

Seguna miet f’nofs il-proċeduri u l-kawża kompliet kontra l-werrieta Filippa, Victoria, Joseph, Mario and Charles Seguna u Joan Mizzi. Fil-Qorti kien stbabilit li l-espert tal-qorti u l-veterinarju damu s-snin biex għamlu xogħlhom waqt li s-sentenza ħadet erba’ snin oħra biex tingħata sakemm instemgħu x-xhieda kollha. Fl-2014 il-werriet kienu ordnati li jagħtu rifużjoni lil Joseph Gatt iżda huma appellaw mis-sntenza. L-appell għadu ma kinx assenjat.

Il-werrieta sostnew li l-każ kien imtawwal minħabba ċirkostanzi li huma ma kellhomx kontroll fuqhom. Il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li d-Direttur tal-Qorti ma kinx id-difiża korretta f’dan il-każ u għalhekk kien eskluż mill-ħtija. L-Avukat Ġenerali sostna li hu ma kinx responsabbli għad-dewmien u li kienet ir-responsabbiltà tad-difiża li jinsisti mal-avukati difensuri biex jikkonkludu l-każ.

Fil-proċeduri kien hemm 78 seduta fuq 20 sena waqt li fil-proċeduri l-esperti tal-qorti ma kinux jattendu. Il-Qorti ħadet ukoll żmien twil biex tidddeċiedi. L-Imħallef iddeċidiet li l-werrieta kellhom id-dritt tagħhom imxekkel minħabba li l-ġustizzja ma saritx fi żmien raġonevoli. L-Avukat Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-werrieta.