Dalgħodu, għall-ħabta tas-7.15am, ħadet in-nar waħda mill-heaters f’karma tal-banju fis-sala Mother Therese 2 tar-Residenza San Vinċenz.
Għalkemm dan kien inċident żgħir, ittieħdu il-miżuri kollha preventivi mill-amministrazzjoni u l-ħaddiema, filwaqt li ssejħet ukoll l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili.
In-nar kien ikkontrollat fi ftit sekondi mill-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul qabel ma waslu l-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili. Ma saret l-ebda ħsara ħlief f’parti żgħira fejn kienet imwaħħla il-heater.
L-anzjani fl-ebda ħin ma kienu f’periklu, imma xorta waħda ġew evakwati ħabba miżuri ta’ prevenzjoni. Mal-wasla tal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, saret spezzjoni dettaljata biex jiġi assigurat li ma fadal l-ebda periklu.
//= $special ?>