Internazzjonali

Tkompli t-tensjoni mal-immigranti f’Calais

Bħalissa hemm tensjoni kbira f’kamp għall-immigranti fil-port Franċiż ta’ Calais wara li reġgħu daħlu l-iskwadri għad-demolizzjoni biex iżarmaw xelters proviżorji fl-inħawi.

Matul il-lejl tat-Tnejn inqalgħu numru ta’ inċidenti bejn il-pulizija għal kontra l-irvellijiet u immigranti li kienu qed igaraw ġebel lejn membri tal-iskwadri għad-demolizzjoni tax-xelters, fil-kamp ta’ Calais imlaqqam bħala ‘Il-Ġungla’

Il-pulizija wissiet li lesta tuża l-forza f’każ li l-immigranti jirrifjutaw li jiċċaqalqu lejn inħawi ta’ Calais fejn hemm il-kontejners għat-trasbord.

Madankollu, l-immigranti fiz-zona jinkwetaw li se jkunu mġiegħlha jitilfu kull tama li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit filwaqt li jkunu kostretti jitolbu kenn politiku fi Franza.

calais2