Filwaqt li għajnejn ħafna dilettanti tal-astronomija huma fuq il-pjaneta Mars, dilettanti tal-UFOs żvelaw li raw xi ħaġa oħra tiċċaqlaq fid-dlam.
Iddeskrivew dak li raw bħala struttura enormi li qatt ma raw bħalha, li tixbaħ mothership interstellari jew cruiser intergalattiku, u li kienet qed tiċċaqlaq fid-direzzjoni tal-qamar Europa ta’ Jupiter.
Ir-ritratt ittieħed b’kamera Canon 650D qrib għaxart ijiem ilu b’lenti teleskopika 7D-300mm u juri oġġett imdawwal imma mhux identifikat li qed joqrob lejn Europa. Riċerkatur Marzjan minn Bristol ħa wkoll filmat li għadda lil Secure Team.
Riċerkatur tal-UFOs f’Secure Team qal li Jupiter u l-qamar tagħha ilhom imdawra minn misteru, b’ħafna fiċ-ċirkli xjentifiċi jitkellmu dwar il-possibiltà ta’ ħajja taħt il-wiċċ kollu silġ tagħha, filwaqt li żvela li hu l-ewwel darba li riċerkaturi qed jaraw xi ħaġa simili għal dak li jidher fil-filmat mgħoddi lil Secure Team. Għalih, dak li jidher hu mingħajr dubju riflessjoni ta’ UFO.
Għal Secure Team, il-qamar Europa hu fost il-missjonijiet li se tkun qed tagħmel in-NASA fil-qrib bit-tama tagħhom tkun li ma jintbagħtux biss robots imma wkoll astronawti.
Ma naqasx id-dubju għar-ritratti u l-filmati, b’xettiċi jgħidu li dak li jidher fil-filmat aktarx huma vetturi spazjali mibgħuta min-NASA.
//= $special ?>