Xufier ta’ karrozza tal-linja kien immultat E3000 wara li baqa’ għaddej fuq id-dwal il-ħomor fuq il-pelikan lights u tajjar mara li kienet qed taqsam.
Il-każ imur lura għal Diċembru 2009 meta Carmel Cassar ta’ 55 sena kien qed isuq Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta. Il-mara kien ħierġa minn Casa Arkati fejn kienet taħdem u qasmet it-triq lejn in-naħa fejn misierha kien ipaprkjat. Il-mara ressqet lejn il-pelikan lights u meta dawn qalbu ħomor u kien hemm il-ħoss, il-mara qasmet żewġ passi u intlaqtet minn karrozza. Il-missier xehed kif hu ra x-xarabank ġejja mingħjar ma jnaqqas meta qalbu l-lights. Konxju li bintu kienet se itntlaqat hu ħareġ mill-karrozza iżda bintu kienet fl-art bid-demm ħiereġ minn wiċċha.
L-akkużat xehed li hu kien qed isuq fil-35 kilometru fis-siegħa iżda x-xhieda l-oħra kollha qalu li hu kien qed isuq b’madwar 60 kilometru fis-siegħa. Wara li kienu analizzati s-CCTV cameras il-Maġistrat Doreen Clarke qalet li l-vittma ma kisret l-ebda regola tat-traffiku ħlief li ma ħarsitx biex tara jekk hux ġejji karrozza iżda fil-fatt il-mara kellha dritt taqsam u x-xufier kellu obbligu jieqaf.
Ċertifikati mediċi kkonfermaw li l-mara sofriet feriti permanenti f’wiċċha u nuqqas ta’ funzjoni f’nofs wiċċha. L-akkużat kien immultat E3000 u kellu l-liċenjza tiegħu sospiża għal sena.
//= $special ?>