Ilbieraħ filgħaxija, għall-habta tad-9.15pm, seħħ hold-up f’ħanut f’San Ġwann. Is-serqa saret mill-ħanut Drinks & More fi Vjal ir-Riħan, fejn daħlu żewġ persuni li kellhom fil-pussess tagħhom żewġ armi tan-nar. Hu stmat li nsterqu €1,000 u ammont ta’ sigaretti.
Mill-ewwel informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li l-ħallelin kellmu lill-kaxxiera bil-Malti, ħadu l-flus u telqu mill-post bil-mixi sakemm rikbu vettura żgħira ta’ lewn iswed, aktarx b’number plates misruqin u li kienet ftit bogħod.
Mhux eskluż li f’dan il-każ, persuna sofriet xi feriti, hekk kif fil-post issejħet ukoll Ambulanza.
//= $special ?>