Id-difensur internazzjonali Malti u ta’ Akragas fl-Italja, Zach Muscat bħalissa qed jgħix ħolma sabiħa ta’ futbol professjonali bi prestazzjonijiet mill-aqwa fil-Lega Pro. Dan kollu hu sforz l-insistenza u l-persistenza ta’ Muscat li sa minn dejjem kellu x-xewqa li jirnexxi bħala plejer tal-futbol u barra minn Malta. Nhar it-Tnejn li għadda, waqt il-programm radjofoniku Replay Ikompli fuq Radio 101, il-ġurnalist sportiv u presentatur tal-programmi Replay, Christian Micallef tkellem ma’ Muscat dwar din l-esperjenza hekk kif it-talent Malti qed ikun membru importanti fl-iskwadra ta’ Akragas tant li huma rebħu l-aħħar sitt partiti fil-Kampjonat taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid, Pino Rigoli. Dawn ir-riżultat għenu sabiex Akragas javvanzaw għad-disa’ post fil-klassifika tal-Lega Pro Girone C, u preżentament hu l-aktar tim fil-forma.
Sal-lum Muscat lagħab tmien partiti ma’ Akragas, dejjem lagħab id-90 minuta sħaħ mingħajr qatt ma jiġi mibdul u f’ħamsa mill-aħħar sitt partiti li lagħbu huma ma soffrewx gowl. Muscat qed jistudja biex isir Perit madankollu l-akbar ambizzjoni tiegħu fil-mument hu li jirnexxilu jagħmel isem barra minn pajjiżna bħala plejer tal-futbol.
F’din l-intervista ma’ Micallef, Muscat jitkellem dwar din il-ħolma sabiħa.
https://soundcloud.com/netreplay/intervista-ma-zach-muscat-29-ta-frar-2016-freplay-ikompli
//= $special ?>


