Internazzjonali

Clinton u Trump fuq quddiem

Hillary Clinton u Donald Trump huma z-zewg kandidati Presidenzjali illi rebhu l-akbar ammont ta’ stati fl-elezzjonijiet preliminari li saru matul il-lejl fl-Istati Uniti. Clinton u Trump hargu fuq quddiem fil-jum maghruf bhala Super Tuesday.

Minn fost ir-Repubblikani, Trump rebah Alabama, Georgia, Massachusetts, Tennessee, Virginia, u Arkansas. Ted Cruz rebah Texas, u Oklahoma.

Mill-kandidati demokratici, Clinton rebhet fl-istati ta’ Alabama, Georgia, Tennessee, Virginia, Arkansas, Texas, u Massachusetts. Filwaqt li r-rivali taghha Bernie Sanders rebah Vermont Oklahoma, Minnesota, u Colorado.