Lokali

FILMAT : Ħabsin iċemplu bil-moħbi lil NETnews: Strike tal-ġuħ f’Diviżjoni 6

Residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jinsabu f’Diviżjoni 6 kellhom iċemplu bil-moħbi lil NETnews.com.mt biex iwasslu l-ilmenti tagħhom dwar is-sitwazzjoni li jinsabu fiha.

Fit-telefonata jitkellem priġunier, li mdawwar minn priġunieri oħra jgħid lil dan is-sit li qed jagħmlu strike tal-ġuħ.

Il-priġunier jitkellem dwar “drenaġġ” u “ġrieden” ma’ kullimkien, f’waħda mill-aktar diviżjonijiet magħrufa għan-nuqqas ta’ iġene.

Fit-telefonata, l-istess priġunier jitkellem dwar “diskriminazzjoni” li dejjem issir mal-istess persuni.

Din mhux l-ewwel darba li residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jagħmlu strike tal-ġuħ. Aktar kmieni din is-sena, lejn l-aħħar ta’ Jannar, NETnews.com.com irrapporta li l-priġunieri f’Diviżjoni 2 bdew strike tal-ġuħ minħabba numru ta’ nuqqasijiet fl-istess diviżjoni.