Lokali

Id-Direttorat għas-Saħħa jirtira pakketti ta’ zalzett

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rtira pakketti ta’ zalzett tat-tip Würstel di Pollo, tad-ditta Carrefour minħabba li dan jista’ jkun fih biċċiet żgħar ta’ metall (Aluminju).

Il-prodott affettwat, li joriġina mill-Italja għandu użin  ta’ 100g b’numru tal-lott 9975 u għandu jiġi użat sal-21 ta’ April 2016.

Il-kumpanija involuta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li probabilment il-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.