Ix-Shadow Minister dwar l-Ekonomija, Claudio Grech, appella lill-Gvern li jżomm l-isem ta’ Malta rinomat fis-settur tas-servizzi finanzjarji, ma jkunx black listed u jibqa’ post li min se jinvesti jara f’pajjiżna sistema vantaġġuża li timxi mar-regoli tal-UE u dawk internazzjonali.
Dan l-appell mill-Oppożizzjoni sar illejla lill-Gvern fil-Parlament wara li l-Ministru Chris Cardona għamel stqarrija Ministerjali dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew dwar il-kompetittivita fi Brussell, li tratta l-cempetitiveness check-up.
Il-Ministru Cardona qal li d-diskussjoni miftuħa wasslet għal rapport konklussiv li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministru Cardona elenka r-riżultati pożittivi li kisbet l-ekonomija li qal kompliet iżżid l-impjiegi.
Ix-Shadow Minister Claudio Grech staqsa lill-Ministru jgħid x’messaġġ wassal il-Gvern Malti f’din il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew dwar it-tisħiħ ta’ isem Malta fis-settur importanti fl-ekonomija tagħna, tas-servizzi finanzjarji.
Tkellem ukoll dwar l-enerġija u qal li għalkemm traħħas b’25%, il-prezz taż-żejt raħas b’ħafna aktar. Fakkar li l-wiegħda ta’ roħs saret mill-Partit Laburista meta l-prezz kien ta’ mitt dollaru l-barmil u mhux kif hu llum ħafna u ħafna anqas. Appella lill-Gvern biex jassigura li l-industrija Maltija tkun f’level playing ma’ operaturi f’pajjiżi oħrajn.
Claudio Grech qal li l-Oppożizzjoni tilqa’ kull indikatur pożittiv, u se tkompli tressaq aktar ideat u proposti biex l-ekonomija tibqa’ timxi ‘l quddiem.
Fid-dibattitu dwar l-istqarrija tal-Ministru Cardona, id-Deputat Nazzjonalista Ċensu staqsa wkoll lill-Ministru jispjega x’ġara u x’hemmm ippjanat fit-twaqqif ta’ public private partnerships (ppp).
Dwar l-innovation score board, Ċnesu Galea talab lill-Ministru jelenka l-isforzi tal-gvern li dan l-aspett ta’ innovazzjoni, minkejja li għadu baxx, jiżdied kif baqa’ jagħmel tul dawn is-snin.
Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru Cardona tkellem dwar kif dan it-tip ta’ ppp jista’ jieħu dimensjonijiet wiesgħa u hemm diversi ideat li qed jidħlu fil-fażi ta’ kummerċjalizzazzjoni għat-twaqqif ta’ ppp mal-privat f’setturi bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni u l-enerġija u qal li se titwaqqaf ppp biex tiġi żviluppata z-zona industrijali tal-Imrieħel, bil-Gvern joħroġ ammont ta’ flus kull sena għal titjib fil-faċilitajiet u tinżamm fi stat ta’ manutenzjoni tajba u b’saħħitha.
Il-Ministru Cardona ammettta li mhux kuntent bir-roħs fil-prezz tad-dwl għall-industrija u għat-turiżmu biex dawn is-setturi jiġu aktar kompetittivi. Min-naħa l-oħra, il-Ministru Cardona qal li qatt ma tpoġġa fil-periklu l-isem u r-reputazzjoni ta’ Malta għall-futur tas-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-Ministru Cardona ma qabilx lanqas li d-dħul għall-ħaddiema naqas.
//= $special ?>