Lokali

Il-Gvern jinnomina lill-Professur Peter Xuereb minflok il-Prim Imħallef Silvio Camilleri

L-esperti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja oġġezzjonaw għal-livel ta’ speċjalizazzjoni meħtieġa fil-kamp tal-liġi Ewropea li għandu l-Prim Imħallef Silvio Camilleri.

Dan wara test magħmul minn intervista orali u eżami bil-miktub li sarlu. Minflok il-Gvern qed jinnomina lill-Professur Peter Xuereb li fil-ġimgħat li ġejjin mistenni joqgħod għall-iskrutinju tal-panel ta’ esperti.

L-Imħallef Malti li bħalissa qed iservi fil-Qorti Ġenerali hu Eugene Buttigieg, li nħatar wara Ena Cremona li rtirat ħames snin ilu.