Lokali

Il-Ministeru jikkonferma l-istrajk f’Diviżjoni 6 tal-Ħabs

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali kkonferma li “l-priġunieri f’Diviżjoni 6 lbieraħ irrifjutaw li jieħdu l-pilloli preskritti mit-tabib, u bdew jirrifjutaw l-ikel bi protesta.”

Il-Ministeru fakkar li “l-priġunieri li jiksru b’mod gravi xi regolament tal-Ħabs jinżammu f’din id-Diviżjoni aktar sigura, u jkollhom tnaqqis tal-privileġġi konsegwenza tal-ksur tar-regolamenti.”

Fi stqarrija bi dritt għar-risposta, jingħad li “mhux minnu li fid-Diviżjoni li ssemmiet hemm il-ħmieg, u li hemm drenaġġ ifur jew xi ġrieden. Għalhekk il-Ministeru ddeksriva l-artiklu bħala wieħed “mimli gideb u allegazzjonijiet li ġew pubblikati mingħajr ma ġew verifikati.”

 

L-istqarrija taghlaq li l-management tal-FKK qieghed jissorvelja s-sitwazzjoni li tinsab taht kontroll.