Fuq produzzjoni ta’ ‘Carpe Diem Productions’, il-‘Juventutis Domus Sacra Familia Żejtun’ qed tipproduċi ‘Venit Hora’ għal żmien il-passjoni – b’kitba u direzzjoni ta’ Renzo Bonello.
“Waslet is-Siegħa” hija t-tema li fuqu msejjes dan id-dramm oriġinali. Dramm illi mhux miktub biss biex juri l-episodji tradizzjonali tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, iżda jirrakkonta storja li għalkemm jafha kulħadd, iddur mal-protagonisti li sawru l-akbar ġrajja tal-bniedem u tmur lil’ hinn mir-rakkonti li forsi mdorrijin nisimgħu jew naraw.
Dan id-dramm ser jittella’ fit-Teatru tal-Juventutis Domus Sacra Familia, iż-Żejtun. Nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu, fis-7:30pm u l-Ħadd 13 ta’ Marzu, fis-7:00pm.
//= $special ?>