Sewwieq tat-trakkijiet fit-Turkija ħa lil martu l-Qorti talli “insulentat lill-President Tork, Recep Tayyip Erdogan”.
Ali D, ta’ 40 sena, ilu miżżewweġ ma’ martu tliet snin. Qal li kien ilu jwissi lil martu biex ma toqgħodx tgħid kliem ħażin kontra l-President tal-pajjiż meta jidher fuq it-televixin b’martu tisfidah biex jirrekordjaha u jiftħilha kawża.
Ir-raġel hekk għamel. Irrekordjaha u rrappurtaha. Qal “kien ilni nwissiha u nistaqsiha għalfejn qed tagħmel hekk? Il-President tagħna hu persuna twajba u għamel affarijiet tajbin għat-Turkija”. Qal ukoll li minkejja dan, martu kienet tibqa’ toffendih kull meta jidher fuq it-televixin inkella taqbel l-istazzjon.
Ir-raġel qal li anke kieku kien missieru li kien jinsulenta l-President, kien jirrappurtah.
Bi tweġiba, martu fetħet kawża ta’ divorzju.
//= $special ?>