L-eks-Kap tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Joanna Drake, inħatret Deputat Direttur-Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent.
Xogħolha se jkun li tikkordina politika u strumenti marbuta mal-użu effiċjenti tar-riżorsi.
Il-Kummissjoni Ewropea stess ħabbret dan dalgħodu hekk kif fissret li l-impenn ta’ Drake jidħol fis-seħħ mis-16 ta’ Marzu.
Dr Drake kienet ingħaqdet mal-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru tal-2005 u ħames snin wara saret Direttur tad-Direttorat Ġenerali GROW. Minn Ġunju li għadda mexxiet it-task force dwar ekonomija kollaborattiva, mudelli ġodda ta’ negozju u n-negozji ż-żgħar.
Dr Drake kienet l-ewwel persuna li mexxiet l-uffiċċju tar-rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>