Lokali

Konrad Mizzi għażel lil min jieħu miegħu fi żjarat fl-Ażerbajġan

Hi prerogattiva tal-Ministru Konrad Mizzi li jagħżel hu lil min jieħu miegħu fis-safar. Hekk saħaq is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa Ronald Mizzi.

Fl-2014, Konrad Mizzi ivjaġġa lejn l-Ażerbajġan. Pajjiż korrott immexxi mid-Dittatur Aliyev. Hu żar il-pajjiż aktar minn darba.

Fl-2014, Konrad Mizzi mar l-Azerbajġan tal-anqas tlett darbiet: F’Marzu, f’Settembru u f’Diċembru.

F’minn tal-anqas darba, Konrad Mizzi kien akkumpanjat biss minn Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Tela’ magħhom ukoll l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru, Kurt Farrugia. F’din iż-żjara ħadd miċ-ċivil ma akkumpanja lil din id-delegazzjoni.