Internazzjonali

Lura fid-dinja wara 340 ġurnata fl-ispazju

epa05189890 (L-R) Russian cosmonauts Mikhail Kornienko and Sergei Volkov and US astronaut Scott Kelly rest in chairs outside the Soyuz TMA-18M space capsule after they landed in a remote area outside the town of Dzhezkazgan (Zhezkazgan), Kazakhstan, 02 March 2016. US astronaut Scott Kelly and Russian cosmonaut Mikhail Kornienko returned to Earth on March 2 after spending almost a year in space in a ground-breaking experiment foreshadowing a potential manned mission to Mars. EPA/KIRILL KUDRYAVTSEV/POOL

L-Amerikan Scott Kelly u r-Russu Mikhail Kornienko jinsabu lura fid-dinja wara li damu rekord ta’ 340 ġurnata fl-ispazju abbord l-Istazzjon Spazjali internazzjonali (ISS) – id-doppju ta’ dak li s-soltu jdumu l-astronawti abbord l-ISS.
It-tul tal-missjoni kienet parti mill-isforz biex ikunu studjati l-effetti fuq ġisem il-bniedem ta’ tul ta’ żmien fl-ispazju. Hemm attenzjoni partikulari għall-każ ta’ Kelly peress li dan hu tewmi u għalhekk ix-xjentisti se jqabblu x-xebh b’dak li ġara fuq ġismu u dak ta’ ħuh tewmi, Mark, li hu wkoll eksastronawta, li baqa’ fid-dinja.
Fil-kapsula Soyuz li misset l-art fil-Każakistan kien hemm ukoll Russu ieħor, Sergei Volkov.
Ir-rekord ta’ Kelly u Kornienko jgħodd biss għall-ISS. Dan peress li r-Russu Valery Polyakov kien dam 437 ġurnata konsekuttiva fl-ispazju abbord l-istazzjon spazjali Russu Mir fis-snin disgħin.