Kultura

The Medic – Film ieħor Malti li se jintwera fuq NET Television

The Medic huwa film qasir ta’ 11-il minuta li nġibed Malta fil-Forti Rikasoli l-Kalkara, fl-2011 bi produzzjoni ta’ Era Productions. Huwa ambjentat fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija meta l-Allejati kienu waslu l-Ġermanja. L-istorja hi dwar suldat Ġermaniż li safa ferut u li tħalla’ waħdu. Dan jinstab minn suldat mediku Ingliz li jagħtih l-għajnuna. X’jiġri miż-żewġ suldati? Il-film rebaħ il-Local Jury Award u l-Viewers’ Choice Award fil-Malta International TV Short Film Festival 2011, Best Production u Best Cinematography fil-Malta Cine Circle National Competition 2011 u Best Directorial Debut of a Short Film fl-ITN Distribution Film & New Media Festival 2011 ġo New York City l-Istati Uniti. Il-film intgħażel ukoll biex jintwera f’diversi festivals ġo dawn il-pajjiżi: Rumanija, Ġermanja, Spanja, Ingilterra, Stati Uniti, Kroazja u l-Marokk. Dan il-film se jintwera nhar is-Sibt li ġej fit-20.10 fuq NET Television.