Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li ġiet miċħuda l-Maħfra Presidenzjali tal-priġunier ta’ 67 sena Godfrey Ellul.
Din id-deċiżjoni tasal wara ċ-ċaħda tal-Bord tal-Parole li ġġudikat li Ellul, li qed iservi sentenza ta’ għoxrin sena fuq traffikar ta’ drogi, mhux isofri minn marda terminali.
Għall-aħħar ġimgħat il-qraba ta’ Ellul kienu qed jappellaw għall-ħelsien ta’ Godfrey Ellul biex skont huma jkun jista’ jqatta’ l-aħħar jiem mal-familja. Ellul fadallu jiskonta sentenza ta’ bejn tlieta u erba’ snin.
//= $special ?>