Hekk kif għaddew iktar minn tliet ijiem minn meta sar magħruf li anki c-Chief of Staff tiegħu għandu kumpanija sigrieta fil-Panama, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jevita l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, tant li l-Erbgħa filgħaxija hu daħal fil-Parlament mill-bieb tal-ħruġ, sabiex jiżgiċċa mill-ġurnalisti li kienu qed jistennew quddiem id-daħla prinċipali tal-Parlament.
Iżda meta ħareġ ftit tal-ħin wara, il-Prim Ministru kien mistoqsi jikkummenta dwar il-kumpanija fil-Panama taċ-Chief of Staff Keith Schembri. Joseph Muscat qal li hu diġa kkummenta dwar dan iżda fir-realta’ ma’ semma xejn dwar Keith Schembri. Mitlub jirrepeti dan is-suppost kumment, Muscat naqas milli jagħmel dan. Qal biss li se jikkummenta iktar ‘il quddiem
Mistoqsi jekk għandux assi barranin f’ismu, jew f’isem ħaddieħor, Muscat wieġeb li m’għandux.
//= $special ?>