Lokali

Omm ma tiffirmax lil binha biex jingħata il-kimoterapija

L-avukat tat-tfal, Dr Stephanie Galea xehdet fil-Qorti li omm, li binha miet bil-marda tal-lukimja, ma kienetx tiffirma biex binha jingħata l-kura li kellu bżonn, filwaqt li qabel marad kienet tgħajjru u tixtieqlu li jaqbdu kanċer.

Dr Stephanie Galea, waħda mix-xhieda, saħqet li l-omm ma kinitx tiffirma biex binha, Luke, ta’ 14-il sena jingħata l-kimoterapija waqt li kien qiegħed jissielet il-marda tal-lukimja.

Lura fl-2014 meta miet Luke, l-omm saħansitra beżqet u laqtet il-katavru ta’ binha, waqt ġlieda bejnha u bejn missier Luke, Emmanuel Camilleri.

Emmanuel Camilleri, missier Luke u Leanne, li qatta’ diversi xhur fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, minkejja li kien innoċenti. Camilleri inżamm fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin wara li l-omm kienet tagħmel pressjoni fuq binthom Leanne, biex tigdeb fuq missierha u tgħid li kien missha. Dan stqarritu binthom Leanne stess fix-xhieda tagħha l-Qorti.

Leanne kompliet li ommha ta’ spiss kienet idaħħal l-irġiel id-dar għall-flus, kif ukoll tkeċċiha mid-dar.