Hemm suspetti kbar li bċejjeċ li nstabu tul il-kosta tal-Mozambique fl-Afrika huma ta’ ajruplan tat-tip Boeing 777, aktarx dak tal-Malaysia Airlines fuq Titjira MH370.
Il-biċċa li nstabet hi dik magħrufa bħala “horizontal stabilizer skin” li hi parti mid-denb tal-ajruplan.
L-ajruplan tal-Malaysia Airlines kien għeb fit-8 ta’ Marzu tal-2014. Il-Malaysia Airlines qalet li għal;issa din kienet biss spekulazzjoni u se tistenna għall-analiżi tal-biċċa li nstabet.
F’Lulju tas-sena li għaddiet kienu nstabu partijiet mill-ajruplan madwar il-Gżira ta’ Reunion li hi 2,100 kilometru bogħod mill-Mozambique. Iżda dawn kienu żgħar u ftit u x’ġara lil ajruplan għadu mhux magħruf.
//= $special ?>