Internazzjonali

RITRATTI GRAFIĊI: Kadavru ta’ avventuruż mummifikat jinstab yacht fil-Filippini

Fil-Filippini nstab kadavru ta’ avventuruż Ġermaniż fi stat ta’ mummifikazzjoni abbord yacht li kien qed jinġarr mill-kurrenti tal-baħar qrib Barobo, f’Surigao del Sur.

L-awtopsja li saritlu kkonfermat li r-raġel, Manfred Fritz Bajorat, miet madwar sebat ijiem qabel instab kawża ta’ attakk tal-qalb.

Il-kadavru tiegħu spiċċa mummja u mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni minħabba ir-riħ niexef, temperaturi għolja u arja mielħa li kien fiha.

Viċin ir-raġel instabet ukoll ittra lil martu, li ssepara minn magħha fl-2008 wara snin tivvjaġġa miegħu fl-avventuri li kien jagħmel. Hi mietet sentejn wara minħabba kanċer.

31AED85700000578-0-image-a-1_1456734300056