Raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura kien ikkundannat għal sentejn probation u ordni ta’ trattament għal sentejn ukoll wara li nstab ħati li f’Novembru li għadda, nġurja u hedded lil martu.
Il-Qorti waslet għal din is-sentenza wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-inċident, il-kondotta kważi nadifa tal-akkużat, u x-xhieda tal-uffiċjal tal-probation li qal li r-raġel beda jindirizza effettivament il-problemi tiegħu u li qed jikkopera miegħu u ma’ diversi professjonisti oħrajn, inkluż il-psikologu.
Apparti dan, il-Qorti kkunsidrat ukoll li l-akkużat u martu jixtiequ jirrikonċiljaw u jaħdmu fuq il-problemi taż-żwieġ tagħhom.
L-Akkużat kien imwissi dwar il-konsegwenzi jekk jikser waħda mill-kundizzjonijiet, kemm tal-ordni ta’ probation, kif ukoll l-ordni ta’ trattament matul is-sentejn li jmiss.
Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kien assistit mill-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta