Internazzjonali

Suspetti ta’ kompliċi fil-qtil makabru ta’ Moska

epa05189992 Gyulchehra Bobokulova in a cage at the Presnensky district court in Moscow, Russia, 02 March 2016. Gyulchehra Bobokulova from Uzbekistan was arrested 29 February 2016 near the Oktyabrskoye Pole underground station where she had appeared dressed in black and carrying a severed child's head and shouting. Bobokulova was the baby's nanny. EPA/MAXIM SHIPENKOV /

Hekk kif Gyulchekhra Bobokulova ta’ 38 sena (ritratt) tressqet il-qorti f’Moska, investigaturi Russi qalu li kollox qed jindika li din kellha kompliċi.
Bobokulova kienet arrestata nhar it-Tnejn quddiem stazzjon tal-Metro f’Moska b’ras ta’ tifla ta’ tliet snin f’idejha. Tifla li kienet taħt il-kustodja tagħha peress li kienet tbati b’diżabbiltà.
Hekk kif iddaħħlet fl-awla tal-qorti Bobokulova għajtet għal diversi drabi “Allah hu l-Akbar” u m’għamlet ebda sforz biex tiċħad dak li wettqet. Hawn l-investigaturi qalu lill-qorti li kollox jidher li din kellha kompliċi u qed isir ħidma kbira biex jinstabu. Meta ġurnalisti barra l-awla qalulha għaliex għamlet dak li għamlet, hi wieġbet li “Allaħ qalli nagħmel hekk”.
Bobokulova, li hi mill-Uzbekistan, kienet ilha tieħu ħsieb it-tifla, identifikata biss bħala Nastya M, għal dawn l-aħħar 18-il xahar.