Il-Ministeru tad-Difiża Ingliż ħabbar li truppi Ingliżi kienu se jintbagħtu lejn it-Tuneżija biex igħinu l-pajjiż jipproteġi l-fruntieri tiegħu kontra l-ġellieda tal-ISIS.
Dan fl-istess ħin li l-Ministeru tad-Difiża Tuneżin ħabbar li kien imdaħħal f’taħditiet biex fil-pajjiż jintbagħtu anki truppi Ġermaniżi biex iħarrġu suldati Libjani fit-Tuneżija.
Michael Fallon, il-Ministru tad-Difiża Ingliż, qal li madwar 20 suldat mill-4th Infantry Brigade jinsabu fi triqithom lejn it-Tuneżija biex jappoġġjaw il-forzi tas-sigurtà Tuneżini fl-għassa tal-fruntieri. Dan fl-istess ħin li esprima t-tħassib kbir tiegħu għall-mod kif l-ISIS qed jinfirex tul il-kosta Libjana.
Fl-isfond ta’ dan kollu kien żvelat li ċentru ta’ kordinament militari qed jitfassal f’Ruma bi thejjija għal missjoni militari fil-Libja.
Truppi Ingliżi u Ġermaniżi lejn it-Tuneżija għal kontra l-ISIS
