Spiżeriji, supermarkets u ħwienet li jissuplixxu prodotti gluten free lill-klijenti taħt skema tal-Gvern ilhom xhur sħaħ jistennew li jitħallsu mill-Gvern għall-prodotti li biegħu.
F’ħafna mill-każi dawn ilhom jistennew il-ħlas anke’ għal sitt xhur.
Fil-passat persuni li ma jaqbilx magħhom il-gluten, taħlita ta’ proteini li fost l-oħrajn tinsab fid-dqiq kienu jingħataw għażla ta’ prodotti b’xejn mill-Gvern.
Madankollu din is-sistema’ nbidlet, u minflok dawn il-persuni saru jingħataw vouchers li jistgħu jsarrfu għal valur ta’ €45 fix-xahar. Xi ħaġa li qajmet diżappunt fost il-persuni li jibbenefikaw hekk kif l-ammont mogħti qed jitqies bħala miżeru.
Filfatt persuni li tkellmu ma’ dan l-istazzjon spjegaw kif bis-sistema’ tal-passat, huma kienu jirċievu b’madwar €85 fi prodotti, mentri bis-sistema’ ta’ llum il-€45 lanqas iservuhom għall-affarijiet l-iktar bażiċi.
Fost il-prodotti l-iktar essenzjali hemm il-ħobż, b’borża panini gluten free li tiswa’ madwar €5. Dan qed iwassal biex il-persuni li huma gluten intollerant joħorġu somma kbira ta’ flus filwaqt li qed jakkużaw lill-gvern li ffranka l-flus minn fuqhom.
//= $special ?>