Ħames persuni weġġgħu f’inċident li kienet involuta fih ambulanza b’numru ta’ persuni abbord.
Il-każ seħħ fis-12.50pm fi Triq Dun Karm, magħrufa aħjar bħala l-bypass ta’ Birkirkara meta, għal xi raġuni, ix-xufier tilef il-kontroll tal-ambulanza, li qaċċtet l-arblu tal-ispeed camera u laqtet żewġ karozzi pparkjati. L-ispeed camera spiċċat mitfugħa numru ta’ metri f’nofs ta’ triq.
Fuq wara tal-ambulanza kien hemm tliet persuni, kollha anzjani li kienu qed jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-appuntamenti. Dawn huma raġel ta’ 58 sena minn San Pawl il-baħar, li sofra ġrieħi ħfief, mara ta’ 77 sena mill-Mosta, li aktarx qasmet rasha u raġel ta’ 78 sena mill-Mosta. Kellhom bżonn il-kura wkoll ix-xufier, li għandu 45 sena u hu minn Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll il-porter, jiġieri l-passiġġier li jkun qed jassistieh, li għandu 50 sena mill-Birgu u minbarra l-ġrieħi qed qed ibati minn xokk.
Persuni li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li l-inċident aktarx oriġina minħabba xi persuna li qasmet bl-addoċċ minn hemm. Skont il-persuni li tkellmu magħna, kien għalhekk li x-xufier tal-Ambulanza pprova jevita lil din il-persuna u kawża ta’ dan qabad il-bankina.
L-inċident wassal għal konġestjoni tat-traffiku, tant li numru ta’ Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku ssejħu fil-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>