Internazzjonali

Aħjar għar-Renju Uniti li jibqa’ membru – Wolfgang Schaeuble, il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż

Wolfgang Schaeuble, Germany's Federal Minister of Finance, right, speaks as Britain's Chancellor George Osborne looks over during the British Chambers of Commerce annual conference in London, Thursday, March 3, 2016. (AP Photo/Kirsty Wigglesworth)

Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż, Wolfgang Schaeuble, wissa li l-UE tkun ‘anqas stabbli’ jekk ir-Renju Unit jivvota biex jitlaq minn dan il-grupp ta’ pajjiżi waqt ir-referendum ta’ Ġunju.
Schaeuble, li kien qed jitkellem f’Londra, waqt il-konferenza annwali tal-British Chambers of Commerce, qal li jekk ir-Renju Unit ma jkunx involut aktar fl-UE ‘hu jemmen fis-sogru li l-Ewropa kontinentali tkun anqas stabbli u aktar disposta għal sitwazzjonijiet estremi li jinbidlu f’daqqa’.
Meta staqsewh x’għandha tagħmel il-Ġermanja f’każ li r-Renju Unit, fit-23 ta’ Ġunju, jivvota biex joħroġ mill-UE, Schaeuble – li kien qed jitkellem fil-preżenza tal-Kanċillier tal-Finanzi Britanniku, George Osborne — wieġeb li ‘d-dispjaċir ikun kbir’ u esprima tama li ‘dan ma jkunx il-każ’.
Min-naħa tiegħu, George Osborne ikkritika ‘il-konfużjoni dwar x’għandu jkun l-istatus tar-Renju Unit barra l-UE’ li qegħdin jiġġeneraw dawk l-elementi li jridu li r-Renju Unit jispiċċa minn mal-grupp ta’ 28 Stat.