Sport

“Cold Trafford” miksi bil-borra

Bħalissa l-belt Ingliża ta’ Manchester tinsab miksija b’kutra ta’ borra. Dan wara li maltempata kbira laqtet in-naħa ta’ fuq tar-Renju Unit.

Minħabba l-maltempata, diversi skejjel baqgħu magħluqin. Ġew affetwati wkoll diversi titjiriet mill-ajruport ta’ Manchester.

F’nofs il-kaos kbir li ħolqot il-borra, kien hemm ħafna min spiċċa jieħu ritratti ta’ postijiet miksija kollha bl-abjad. Fost dawn, spikka r-ritratt tal-istadium ta’ Manchester United, Old Trafford – b’uħud jirreferu għal dan ir-ritratt bit-titlu ‘Cold Trafford’.