Turiżmu

db Seabank Resort mal-aqwa 1% tal-lukandi fuq Tripadvisor

Għal darb’oħra ikkonfermata fost l-aqwa 20 lukanda All-Inclusive fl-Ewropa

TripAdvisor għal darb’ oħra ppremja db Seabank Resort + Spa bit-“Travellers’ Choice 2016”. Dan l-unur poġġa d-db Seabank fost l-aqwa 1% tal-lukandi fuq TripAdvisor, filwaqt li reġgħet ġiet ikkonfermata fost l-aqwa 20 lukanda All-Inclusive fl-Ewropa.

It-TripAdvisor Travellers’ Choice 2016 Award huwa frott ta’ mijiet ta’ reviews u opinjonijiet li jħallu t-turisti kull sena fuq dan is-sit tant popolari.

Hubert Debono, General Manager tad-db Seabank Resort + Spa, laqgħa dan l-unur b’sodisfazzjon u rringrazzja lit-tim kollu tad-db Seabank għall-kontribuzzjoni tiegħu ta’ kuljum fil-qgħadi tad-dmirijietu.

“Dan l-award ikompli jimlina b’kuraġġ kbir sabiex inkomplu nservu l-aqwa prodott All-Inclusive, b’servizz ġenwin u b’valur għall-flus li wieħed iħallas. L-award jikkonferma u jirrifletti tajjeb in-numru ta’ turisti li qed jiġu iktar minn darba f’sena jew dawk li jiġu sena wara l-oħra. Għaldaqstant, bħalma nagħmlu kull sena, din ix-xitwa komplejna ninvestu eluf ta Ewro fil-lukanda sabiex nassiguraw li nkomplu nilhqu l-aspettativi tal-klijenti tagħna”, tenna jgħid il-General Manager tal-lukanda db Seabank.

“It-tim kollu li jaħdem fil-lukanda ġie rikonnoxxut b’mod personali għax dan l-unur kien biss possibli li jinkiseb bis-saħħa tagħhom”, tenna jgħid Hubert Debono.

“Aħna nawguraw lid-db Seabank Resort + Spa li ħadet dan l-unur ta’ Travellers’ Choice Hotel awards 2016, u nkomplu nħeġġu aktar nies sabiex jagħżlu dawn il-lukandi li qed jiġu onorati minn TripAdvisor”, qalet Barbara Messing, Chief Marketing Officer ta’ TripAdvisor.